Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli ma qalx fil-Parlment kemm hemm postijiet tal-housing li huma vojta.
Għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li staqsiet kemm hemm postijiet tal-housing li huma vojta, il-Ministru Roderick Galdes qal li minħabba li l-allokazzjoni sseħħ kontinwament, mhux possibbli li jingħata numru preċiż ta’ postijiet.
Roderick Galdes qal ukoll li kwalunkwe post disponibbli jiġi allokat skont il-proċeduri, il-kriterji u l-prijoritajiet stabbiliti mill-Awtorità responsabbli, u b’konformità mal-politika applikabbli.
//= $special ?>

