Sport

Parità bejn Floriana Young Stars u GREE Żurrieq Wolves Hotsticks

Floriana Young Stars u GREE Żurrieq Wolves Hotsticks spiċċaw fi draw ta’ 2-2 f’logħba mill-kampjonat nazzjonali tal-HAM, li saret fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

Kienet logħba bilanċjata bejn dawn iż-żewġ timijiet bir-riżultat ta’ draw jkun wieħed ġust. Karl Chircop spikka għal Floriana meta skorja doppjetta personali filwaqt li Żurrieq sabu x-xibka permezz ta’ Alessandro Amore u Christ Agius.

L-Umpires kienu John Williams u Keith Calleja.

Mill-Hockey 7s, Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 3-1.

Laureano Mazzini, Jean Paul Sapiano u Clive Mesketh skorjaw għal Floriana filwaqt li l-uniku gowl ta’ White Hart ġie skorjat minn Elias Vella.

L-Umpires kienu Keith Calleja u Karl Chircop.

F’logħba mill-isbaħ mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala Heat għelbu lir-rivali Qormi 6-3.

Kyron Carabott u Alessandro Piscopo skorjaw żewġ gowls kull wieħed għal Marsaskala.

Giorgio Muscat kellhom żewġ gowls f’ismu filwaqt li Eyen Toledano żied ieħor għat-tim ta’ Qormi Daikin.

L-Umpires kienu Silvio Peralta u Karl Chircop.

Fil-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Marsaskala Heat u Floriana Young Stars temmew f’parita ta’ 2-2.

Nathan Lauri Rodo skorja żewġ gowls għall-Iskalin filwaqt li Isaac Cachia u Anson Farrugia sabu x-xibka għall-Furjaniżi.

L-Umpires kienu Silvio Peralta u Keith Calleja.