Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Irridu naħdmu biex il-Malti ma jmutx” – Charles Casha

Illejla l-programm PROFILI se jkun qed ilaqqana’ ma’ Charles Casha. L-awtur li ħoloq lil Fra Mudest.

Id-diskussjoni apparti li permezz tagħha se nsiru nafu aktar lill-profil ta’ Charles Casha, se naraw kif dan il-kittieb jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-lingwa Maltija.

“Il-lingwa Maltja rridu naraw kif nieħdu ħsiebha, naqbel mal-bilingwiżmu, u iva, importanti, imma ma nistgħux narmu lill-Malti, dan apparti li issa għandna sfida oħra, l-ammont ta’ barranin, issa nafu nitkellmu fuq ekonomija u mhux ekonomija, l-impatt negattiv fuq il-lingwa imma, hemm qiegħed”

Il-profil ukoll se jirrakonta ġrajja, b’rabta mal-karattru ta’ Fra Mudest.

“Kelli intervista fuq Fra Mudest mat-Times, u għedt li issa l-Fra jinsab il-Mellieħa, ħmistax wara, iċċempilli omm u tgħidli biex intiha l-indirizz ta’ fejn jgħix Fra Mudest, għax it-tfal iridu jiltaqgħu miegħu”

PROFILI jixxandar llejla fid-9.35pm, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul u muntaġġ ta’ Bernice Seychell.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki Spotify.