Sewwieq tal-ferrovija tilef ħajtu wara inċident ieħor li seħħ fl-aħħar sigħat.
Ir-rapporti jindikaw li l-ferrovija baqgħet dieħla direttament f’parti minn ħajt li ċediet għal fuq il-binarji.
L-aħbar ġriet bħal leħħa ta’ berqa, hekk kif il-poplu għadu ixxukjat bit-traġedja tal-Ħadd.
Sadnittant, l-iskwadri għall-emerġenza f’Katalonja evakwaw il-passiġġieri kollha mill-ferrovija wara l-inċident tal-aħħar sigħat. L-inċident seħħ waqt li maltemp qalil kien qed jassedja l-artijiet Spanjoli tal-Grigal – u f’ħin meta z-zoni qrib il-kosta lejn il-Lvant u l-Majjistral ta’ Spanja kienu fuq stat għoli ta’ allert minħabba l-elementi.
//= $special ?>

