Lokali Parlament

7 investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni

Hemm seba’ investigazzjonijiet pendenti quddiem l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).

L-investigazzjonijiet jikkonċernaw l-oqsma tal-intratteniment, it-telekomunikazzjoni, is-saħħa, l-annimali, u l-marittimu.

Dawn l-investigazzjonijiet ikkonfermhom il-Prim Ministru għal mistoqsija fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Jirriżulta wkoll li nfetħu żewġ każijiet kull sena, fl-2016, fl- 2021 u fl-2022. Infetaħ ukoll każ ieħor fl-2023.