Il-maltempata Harry li ħakmet lil pajjiżna fl-aħħar jiem ħalliet riperkussjonijiet infrastrutturali devastanti madwar il-pajjiż kollu. U issa, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jitlob lill-kunsilli lokali sabiex jirrapportaw il-ħsarat li ġew ikkawżati, partikolarment dawk li jippreżentaw periklu, sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew li jaffettwaw l-aċċessibbiltà. Dan għandu jsir billi timtela l-formola li ntbagħtet lil kull kunsill lokali mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Din l-azzjoni tgħaqqad mal-interventi li diġà ttieħdu f’numru ta’ zoni kostali fejn il-maltemp ikkawża ħsarat kbar fosthom il-Mellieħa, Marsaskala, ix-Xgħajra, il-Kalkara u Għar Lapsi, fost oħrajn.
Il-Kap tal-PN Alex Borg aktar kmieni din il-ġimgħa wassal appell qawwi fil-Parlament sabiex jingħata kumpens lil negozji, bdiewa, raħħal u sajjieda li ntlaqtu b’mod negattiv miċ-ċiklun.
Intant, l-appell jibqa’ li l-pubbliku m’għandux iżur zoni kostali fejn ingħalqu mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-poplu Malti.
//= $special ?>

