Ewropa Lokali Mużika

“Għaliex għandna inbidluha issa?” – Aidan jemmen li ‘Bella’ għandha tibqa’ kif inhi

“Ix-xewqa tiegħi hi li l-kanzunetta ‘Bella’ tibqa’ eżatt kif inhi”.

Hekk iddikjara l-kantant Aidan – ir-rebbieħ tal-Malta Eurovision, li se jkun qed jirrapreżenta lil pajjiżna fi Vienna erba’ xhur oħra – f’dik li tibqa’ waħda mill-aktar kompetizzjonijiet mużikali segwiti madwar id-dinja kollha.

Aidan kien mistieden fuq Net Television l-Erbgħa filgħaxija, waqt il-programm NETLIVE. U f’din l-intervista, hu stess stqarr illi jemmen li ‘Bella’ mhemmx fejn tinbidel mil-lat kreattiv.

Aidan qalilna li hu jikkonsidra lilu nnfisu fanatiku tal-Eurovision. Filwaqt li stqarr magħna l-emozzjoni li ħakmitu eżatt wara li ġie dikjarat rebbieħ fis-serata finali.

Il-mixja lejn dan is-suċċess, kif spjega Aidan stess, bdiet sentejn ilu. Beda minn 35 kanzunetta. Sakemm fl-aħħar, l-għażla waqgħet fuq ‘Bella’.

U Aidan jemmen li dan il-proċess kollu kien bażi tajba li jista’ jwassal għal suċċess fil-finali ta’ Mejju li ġej.