Tkompla l-Kampjonat tal-Karting bit-tielet round fejn ikkompetew 50 sewwieq imqassma f’ħames kategoriji. Għall-ewwel darba f’dan il-kampjonat ħadu sehem żewġ sewwieqa Taljani fl-istess kompetizzjoni f’żewġ kategoriji separati.
Fil-kategorija GR3 ħadu sehem 17-il sewwieq fejn Kimi Bugeja ġie l-ewwel fil-provi tal-kwalifiki, rebaħ il-Prefinali u rebaħ il-finali. Fit-tieni post temm Matthias Abela segwiti minn Julian Wayne Vella, Jake Jordan Micallef, Zara Vella Gauci, Marco Lacobone, Luca Camilleri, Gigi Muscat, Andrei Fenech, Zayn Gauci, Yan Camilleri, Alex Vassallo, Gabriel Borg, Elias Xuereb, Cody Darmanin, Lydon Fenech. Zven Farrugia ma temmx it-tiġrija minħabba ħsarat fil-magna.
Fil-klassi OKNJ Zack Scicluna ġie l-ewwel fil-provi tal-kwalifika u rebaħ il-Prefinali u l-finali fejn kellu wkoll l-aqwa Lap. Fit-tieni post temm Ayrton Jon Tonna segwit minn Dario Mifsud, Eli Xuereb, Morgan Tyler Zammit Azzopardi, Luca Barclay filwaqt li Daniel Abela ma temmx it-tiġrija.
Fl-X30 JUNIOR Sebestian Grima ġie l-ewwel fil-provi tal-kwalifiki, rebaħ il-prefinal u l-finali fejn kellu l-aqwa Lap . Fit-Tieni post temmet Kimaya Mifsud, warajha Matteo Bartolo. Jamie Vassallo kelli jirtira mit-tiġrija.
Fil-kategorija X30 SENIOR Timothy Zarb ġie l-ewwel fil-provi tal-kwalifiki u rebaħ il-prefinali. Kyle Micallef rebaħ il-finali u kellu l-aqwa Lap fil-finali. Fit-Tieni post ġie Mark Borg, warajh Nicky Gauci segwiti minn Benji Borg Irimia, Timothy Zarb, Jake Chetcuti u Michele Pellizzer.
Fir-ROTAX MAX, Eman Muscat temm l-ewwel fil-provi tal-kwalifiki, rebaħ il-prefinali u rebaħ il-finali u kellu wkoll l-aqwa lap fil-finali. Fit-tieni post ġie Kane Mallia segwit minn Clayton Mizzi, Daniel Gauci Mizzi, Jake Vassallo, Zack Borg, Alessandro Vella, Glenn Vassallo, Clayton Laus Calleja, Skye Camilleri, Joelle Desira, Sandro Bugeja, Raisa Psaila u Johannes Camilleri.
Ir-Raba’ round tal-Kampjonat se jsir fil-15 ta’ Frar fit-Trakka La Reve, Ħal Far.
//= $special ?>

