Edukazzjoni Lokali Parlament

Il-Fakultà tal-Economics, Management and Accountancy għandha 1,375 student

It-total ta’ student fi tmien fakultajiet fl-Universuità ta’ Malta hu ta’ 6,491 bil-fakultà tal-Economics, Management and Accountancy tħaddan fiha 1,375 student.

Fl-Information and Communication Technology hemm 584 student; fl-Engineering 425 student; Laws 976 student, fil-Medicine and Surgery 1,093 student; fil-Media and Knowledge Sciences 301 student; fil-Built Environment 480 student; u fil-Health Services 1,257 student.

Dan jirriżulta minn infrmazzjoni li ta fil-Parlament Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li staqsa lill-Ministru Grima jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ studenti nisa u rġiel fl-Università ta’ Malta skont id-diversi fakultajiet, b’mod partikolari tal-fakultajiet tal-Information and Communication Technology; tal-Economics, Management and Accountancy; tal-Engineering; tal-Laws tal-Medicine and Surgery; tal-Media and Knowledge Sciences; tal-Built Environment; u tal-Health Services.