Lokali Parlament Saħħa

Il-medical wards fl-Isptar Mater Dei mingħajr departmental nursing manager

Il-medical wards fl-Isptar Mater Dei kienu mingħajr departmental nursing manager (DNM) għal dawn l-aħħar xhur.

Dan jirriżulta minn interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal li ġie appuntat senior nursing manager u għandu jibda f’dan l-irwol fil-ġimgħat li ġejjin.

Dwar il-problema ta’ nuqqas ta’ infermiera fis-swali tal-Isptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva; qal f’interpellanza oħra tal-istess deputat Nazzjonalista, li f’Settembru li għadda ġew ingaġġati 94 infermier f’Mater Dei, fejn 66 minnhom huma bażi full-time u l-kumplament fuq bażi part-time. Dawn qed joffru s-servizz tagħhom skont l-esiġenzi tas-servizz.