In-numru ta’ rapporti li daħlu għand is-servizz kontra l-ibbuljar li jaqa’ taħt id-Dipartiment għas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; żdied fl-aħħar tliet snin minn 499 fl-2023 għal 627 fl-2025.
Jirriżulta li fl-2023 fil-Primarja saru 188 rapport, fl-iskejjel medji kien hemm 143 rapport u fis-sekondarja 168 rapport. Fl-2024 fil-Primarja saru 180 rapport, fl-iskejjel medji kien hemm 204 rapport u fis-sekondarja 147. Fl-2025, is-sena li għaddiet, fil-Primarja saru 277 rapport, fl-iskejjel medji kien hemm 182 rapport u fis-sekondarja 168 rapport.
L-ammonti ta’ dawn ir-rapporti ntqalu fil-Parlament mill-Ministru Clifton Grima għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ bullying u ta’ cyber bullying f’dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena u x’kienu l-etajiet.
//= $special ?>

