L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet multa amministrattiva waħda fin-Naxxar fir-rigward ta’ skart maħruġ barra fil-ġurnata jew il-ħin meta mhux suppost, fil-perjodu mill-25 ta’ Mejju 2025 sat-30 ta’ Novembru 2025.
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma qabdet lil ħadd jikser ir-regoli tas-separazzjoni tal-iskart fil-lokalità tal-Imġarr (Malta) filwaqt li fin-Naxxar, l-ERA ħarġet erba’ ittri ta’ twissija fir-rigward ta’ nuqqas ta’ separazzjoni tal-iskart.
Dan jirriżulta minn tweġiba li tat fil-Parlament Miriam Dalli, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonlista Graziella Galea.
//= $special ?>

