Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Christopher Luxon, esprima niket profond għar-riżultati traġiċi tal-valangi tal-art li kaxkru l-inħawi ta’ North Island u li swew il-ħajja ta’ mill-anqas erba’ persuni.
Fl-aħħar sigħat, kienet għaddejja tfittxija għall-persuni nieqsa li jaħsbu li ntradmu taħt il-ġebel u t-tajn.
L-imwiet seħħew f’Welcome Bay waqt li l-iskwadri għall-emerġenza, kienu qed ifittxu għan-neqsin fil-camping grounds ta’ Mount Maunganui li wkoll ġarrbu l-impatt tal-valangi.
L-ammont eżatt tal-mejtin jista’ jitla’ fis-sigħat li ġejjin, fost rapporti li l-valangi kienu ikkaġunati mill-ħalbiet tax-xita konsistenti tal-aħħar jiem….Xita li wasslet ukoll għal sensiela ta’ għargħar u qtugħ fil-provvista tad-dawl għar-residenti ta’ North Island.
Dan meta l-effetti tal-valangi huma tassew terribbli, bil-Ministri tal-Gvern ta’ New Zealand ixebbħu l-artijiet tal-kosta lejn il-lvant tal-pajjiż ma’ zona tal-gwerra.
//= $special ?>

