Il-Qorti ċaħdet l-appell li kien ressaq Justin Borg, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti – każ xokkant li seħħ fit-2 ta’ Frar tal-2020, f’Ħaż-Żabbar.
Apparti li qatel lil Chantelle Chetcuti, Borg qed jiġi mixli wkoll b’akkużi oħrajn li jinkludu pussess ta’ arma mingħajr liċenzja kif ukoll droga .
L-akkużat kien ressaq numru ta’ eċċezzjonijiet b’rabta mal-evidenza – inkluż l-istqarrijiet tax-xhieda u d-droga li nstabet fil-pussess tiegħu.
Finalment, l-appell ġie miċħud u l-każ se jkun qed jipproċedi permezz ta’ ġuri – u fil-jiem li ġejjin, se tkun qed tingħata d-data għalih.
//= $special ?>

