Lokali

Titkisser parti minn Filfla kaġun tal-mewġ qawwi

Jidher li anke parti mill-gżira ta’ Filfa spiċċat tkissret kaġun tal-maltemp li ħakem fl-aħħar jiem. Dan wara li ċ-ċiklun Harry ħalla ħerba f’diversi zoni lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta – minn Marsaskala sa Wied iż-Żurrieq, u anke Filfla.

Fil-fatt, ritratti miġbuda fl-aħħar sigħat jikkonfermaw kif hemm biċċa sew minn Filfla li tfarket bil-mewġ.

Apparti minn hekk, l-elementi taċ-ċiklun Harry ħallew ħsara anke fuq dik li kienet magħrufa bħala t-Tieqa ta’ Wied ix-Xoqqa – li spiċċat krollat bis-saħħa tal-baħar qawwi.