Tintemm l-avventura ta’ Xavier Rizzo waqt il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Juniorstal-World Snooker Federation li qed isiru f’Sofia l-Bulgarija wara li ġie eliminat fil-fażi tal-aħħar 16.
F’din fażi Rizzo kellu jħabbat xortieħ ma wieħed mill-aqwa żgħażagħ f’din il-kompetizzjoni, t-Tajlandiż ta’ 16-il sena, Prin Ratmukda. L-avversarju ta’ Rizzo ħa l-kontroll tal-logħba wara li Malti kien irrnexxielu jirbaħ it-tieni frame għal riżultat parżjali ta’ 1-1. Minn hawn ‘il quddiem it-Tajlandiż rebaħ tliet frames infila għal punteġġ finali ta’ 4-1 bl-iskors tal-frames ikunu: 24-68, 66-32, 1-79 (71), 31-76, 7-58 (53).
S’issa, Ratmukda, f’din il-kompetizzjoni tilef frame wieħed biss f’din il-logħba Xavier Rizzo issa ser jibqa’ Sofia għal Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Irġiel li jibda kif jispiċċaw il-kompetizzjonijiet tal-Junior u tan-Nisa. Fil-jiem li ġejjin numru ta’ plejers oħra Maltin ser jitilgħu l-Bulgarija għal dan il-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Irġiel.
//= $special ?>

