Lokali Parlament

Żbilanċ fix-xandir pubbliku ta’ 12-il darba fl-2023 u 12 oħra fis-sena ta’ wara

L-Awtorità tax-Xandir sabet żbilanċ fix-xandir pubbliku (PBS) 12-il darba fis-sena 2023 u 12 oħra fis-sena ta’ wara fl-2024. Il-każi ta’ żbilanċ fix-xandir telgħu minn tliet każi fl-2022 gal 12 fis-sena ta’ wara.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonlista Graziella Attard Previ.

Jirriżulta wkoll li l-każi ta’ żbilanċ fix-xandir pubbliku fis-sena 2021 kien ta’ sebgħa; fl-2020 kien ta’ erbgħa; u s-sena li għaddiet ta’ żewġ żbilanċi fix-xandir pubbliku.