Lokali

234 priġunier segwiti minn psikjatra

234 priġunier kienu qed jiġu segwiti minn psikjatra fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sal-aħħar tas-sena. Matul l-istess perjodu, kien hemm 202 ċirkostanza fejn priġunieri kellhom bżonn jiġu riferuti għall-kura fil-Forensic Unit, li minnhom 173 kienu fil-sezzjoni tal-irġiel u 29 fis-sezzjoni tan-nisa.

Dan in-numru jinkludi priġunieri li ġew riferuti aktar minn darba.

Dan qalu fil-Parlament Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; fi tweġiba li ta għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.