Lokali

Il-Golden Flex Seeds tal-Lamb Brand ma għandux jiġi kkunsmat

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara analiżi li saret bħala parti mill-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-istess Awtorità, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista’ jkun fihom livelli għoljin ta’  aċidu idroċijaniku ( Hydrocyanic acid).

Aċidu idroċijaniku huwa inkluż b ’mod espliċitu fil-lista ta’ kontaminanti fir-Regolament dwar il-kontaminanti tal-ikel (UE) Nru 2023/915) fejn l-livell massimu tal-aċidu idroċijaniku fl-oġġetti tal-ikel huwa stabbilit sabiex b’hekk tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-konsumatur.

Deskrizzjoni tal- prodott:Golden Flex Seeds
Ditta:Lamb Brand
Użin:100g
Lot No.:15 07 2025 02
Data tad-Durabbilità:15th July 2027

Il-konsumat​​ur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.