Futbol Sport

Inter idawru l-iskor kontra Pisa u jiksbu tlett punti prezzjużi b’wirja dominanti

(Ritratt: EPA)

Partita drammatika għall-aħħar fil-Giuseppe Meazza hekk kif Pisa kienu viċin li jieħdu t-tieni rebħa staġjonali u jitfgħu lil Inter f’baħar t’inkwiet, madankollu n-Nerazzuri wrew il-kwalita’ assoluta tagħhom u dawra żvantaġġ ta’ żewġ gowls biex ħadu rebħa meritata ta’ 5-2.

Pisa ħasdu lill-avversarji meta marru fil-vantaġġ wara 11-il minuta bil-gowl ta’ Moreo, bl-istess Moreo jiskorja fil-25 minuta. Inter dehru mitfija għal kollox fl-ewwel nofsiegħa, pero l-partita ħadet dehra oħra meta n-Nerazzuri skorjaw gowl lura fid-39 minuta minn Piorr Zielinski hekk kif il-Pollakk ikkonverta l-pealty tiegħu. Lautaro Martinez għamilhom 12-il gowl fis-Serie A għalih meta għamel l-iskor indaqs fil-41 minuta.

Iż-żgħażugħ promitenti, Pio Esposito skorja t-tielet gowl minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima għal Inter.Dimarco skorja r-raba’ gowl fit-83 minuta.

Bonny u Mkhitaryan jiskorjaw lejn l-aħħar biex jagħlqu l-partita.