Bologna 2 Celtic 2
Wara sitt minuti logħob fi Stadio Renato Dall’Ara, Celtic fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Daizen Maeda kien REO HATATE li għeleb lil Lukasz Skorupski. Fl-34 minuta l-istess Reo Hatate tkeċċa fuq ammonizzjoni doppja sabiex bi plejer anqas Celtic irdoppjaw. Pass ta’ Arne Engels lejn AUSTON TRUSTY li mill-ġdid għeleb lil Skorupski. 2 – 0 fi żmien l-ewwel taqsima.
B’Bologna fuq l-offensiva fit-58 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ THIJS DALLINGA li minn azzjoni ta’ Jens Odgaard għeleb lil Kasper Schmeichel. Kibret il-pressjoni minn Bologna li fit-72 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ JONATHAN ROWE.
Fenerbache 0 Aston Villa 1
Rebħa minima f’Istanbul kien biżżejjed għal Aston Villa biex fi tmiem is-7 ġurnata tal-kompetizzjoni zammew l-ewwel post bi 18-il punt daqs Lyon.
Minkejja bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima, kienu Aston Villa li marru fil-vantaġġ. Gowl minn JADON SANCHO li għeleb lil Ederson għal vantaġġ minimu sa tmiem l-ewwel taqsima. Rizultat li baqa’ l-istess sa tmiem il-partita.
FC Braga 1 Nottingham Forest 0
Sitt plejers ammoniti, iehor imkecci, penalty fallut u auto gowl huma l-ingredjenti ewlenin f’partita movimentata li mmaturat fit-tieni taqsima.
Ebda gowl fl-ewwel taqsima. Fid-94 minuta foul ta’ Gabri Martinez fuq Gibbs White. Igor Pajac saffar penalty għal Nottingham sabiex wara minuti ta’ protesti, Morgan Gibbs White ta l-penalty izda Lucas Hornicek salva.
Mill-azzjoni ta’ wara l-penalty, azzjoni ta’ Ricardo Horta għal Braga, RYAN YATES f’tentattiv li jikklerja għeleb lil Mats Sels għal auto gowl klassiku.
Fl-94 minuta tkeċċa Elliot Anderson b’karta ħamra diretta.
Roma 2 Stuttgart 0
B’gowl f’kull taqsima fi Stadio Olimpico, Roma kisbu l-ħames rebħa minn seba’ partiti sabiex telgġu fis-sitt post fl-Europa League bi 15-il punt daqs Ferencvaros.
Fl-40 minuta Roma fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Matias Soule’ kien NICCOLO’ PISILLI li għeleb lil Alexander Nubel.
Minkejja reazzjoni minn Stuttgart fuq il-lasti ta’ Mile Svilar, fit-93 minuta Roma rdoppjaw. Minn azzjoni ta’ Paulo Dybala kien mill-ġdid NICCOLO’ PISILLI li għeleb lil Nubel għat 2 – 0 finali.
//= $special ?>

