Kien inċident li seta’ kellu konsegwenzi ħafna agħar… dan meta proprju issa qed jidher aktar ċar x’seta seħħ fil-Konkatidral ta’ San Ġwann wara li waqa’ wieħed mill-pinnuri ta’ fuq il-kampnari.
Il-maltempata Harry ma ħelsitha lil ħadd u l-konsegwenzi għadna qed niskopruhom jum wara l-ieħor… l-elementi, sintendi, lanqas ma ħafruha lill-binjiet storiċi – u fejn, fost oħrajn, laqtu direttament lill-imsemmi pinnur tal-kampnar tal-Konkatidral.
Net News żar il-Konktidral u tkellem mal-Kap Eżekuttiv, Tonio Mallia li spjegalna li t-Tlieta filgħodu, għall- ħabta tas-sitta, hu kien daħal kmieni x-xogħol u fejn hu u oħrajn, minnufih, telgħu jiċċekkjaw li kollox kien sew. Sadanittant, kien propju nofsiegħa wara, għall-ħabta tas-sitta u nofs li seħħ l-inċident.





“Filgħodu bejn wieħed u ieħor, xis-sitta ta filgħodu, iċċekjajna u ż-żewġ pinnuri kienu għadhom hemm, però għall-ħabta tas-sitta u nofs – is-sebgħa ta’ filgħodu – wieħed mill-pinnuri tqaċċat, litteralment minn postu, qabel waqa’ fuq il-balavostri u stabbilixxa postu hemm. Nirringrazzjaw lill Alla li ġara hekk, għaliex kieku l-pinnur li tqaċċat qabeż il-banlvostri, kienet tkun traġedja kbira. Barra minn hekk, kif waqa’ l-pinnur ġie sewwa għaliex kieku laqat il-pilastri tal-qniepen tal-arloġġ, kienet isseħħ traġedja ħafna ikbar. Dan għaliex il-qniepen tal-arloġġ huma mqabbdin b’cables tal-azzarr biex jindaqqu l-qniepen fil-kwarti u fis-sigħat, u dawn, kieku ntlaqtu, kienu jitfgħu l-pilastri u l-qniepen għal barra – bil-cables, b’konsegwenza, jiġbdu parti mill-magna tal-arloġġ…. Kull deni ħudu b’ġid għaliex filwaqt li ċeda l-pinnur, kellu jaqa’ f’pożizzjoni fejn ma għamilx ħafna ħsara”.
Għat-turisti u dawk kollha li kienu jgħaddu minn fejn il-Konkatidral u jħarsu ‘l fuq setgħu jaraw żewġ pinnuri identitiċi li mad-daqqa ta’ għajn jidhru pjuttost ordinarji.
“Il-pinnuri tal-Konkatidral huma kbar ħafna, biss biss, l-għoli tagħhom hija ta’ ‘l fuq minn tlett metri – dan anki biex ikunu jistgħu jidhru minn isfel u biex ikunu proporzjonati mal-kumplament tal-kampnar”.
Bl-istorja ta’ dawn il-pinnuri tmur lura mijiet tas-snin.
“Oriġinarjament meta nbena l-katidral, il-Kavalieri kienu għamlu l-piramidi fuq il-kampnar li għandhom tmien uċuħ. Dawn mhux piramidi b’erba’ uċuħ imma bit-tmienja u dawn qegħdin hekk apposta, biex jaħkem kemm jaħkem ir-riħ, dejjem joforqu, u jkunu safe, però oriġinarjament il-pinnuri ma kinux hemm u meta kien hemm arbli, ħafna inċiżjonijiet li għandna jidhru dawn il-primadi bl-arbli fihom. Però meta beda għaddej iż-żmien, qisu għall-ħabta tas-sittinijiet, ġew imposti dawn il-pinnuri, u l-koppli kienu tneħħew fiż-żmien il-gwerra u fl-2000 reġġgħu ġew impoġġiha fihom il-pinnuri. Fl-2020 saret manutenzjoni u sarru kif nafuhom illum il-ġurnata”.

Il-Kap Eżekuttiv spjega li dan l-inċident ifisser ukoll li, għalissa, l-arloġġ ta’ dan it-tempju mhux se jinstama’ jdoqq.
“Bħala pinnur, l-ieħor għadu jiffunzjona, u hekk kif l-ieħor inqala’, dan se jitniżżel biex issir il-manutenzjoni li hemm bżonn flimkien ma’ servicing. L-arloġġ kellu jiġi żganċjat, għalhekk fil-preżent, mhux se jinstama’ jdoqq minħabba kif inhuma l-cables tal-azzar bħalissa.

Bil-Kap Eżekuttiv jgħidilna li b’xorti tajba, kull ħsara tista’ tissewwa.
“Kollox hu rriversibbli.. Ħsara kbira ma saritx la fil-ġebel u lanqas fil-balavostri. Faċatta tal-piramida hemm daqqa għaliex dan mil, u straħ mal-piramida u nfaqgħet biċċa minnha, però kollox jista’ jittranġa ‘l quddiem”.
//= $special ?>
