Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea se tiddefendi l-interessi tagħha, għandha l-mezzi u l-poter biex tagħmel dan – Antonio Costa

Il-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea jesiġu rispett mingħand Donald Trump wara li l-President tal-istati Uniti kien se jwassal biex l-alleanza transatlantika tikkollassa wara li Trump hedded li jieħu Greenland u jżid t-tariffi fuq dawk l-alleati li bagħtu t-truppi tagħhom biex jipproteġu lil Greenland.

Aħna nemmnu li r-relazzjonijiet bejn l-alleati ghandhom ikunu kordjali u rispettużi, qal il-President tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, Antonio Costa. Dan qalu hekk kif intemm il-Forum Dinji tal-Ekonomija.

L-Erbgħa Trump irtira t-theddid tiegħu u għażel li jkompli r-relazzjoni twila li teżisti man-NATO dwar is-sigurtà translatlantika.

“L-Unjoni Ewropea se tkompli tiddefendi l-interessi tagħha, dawk tal-Istati Membri, iċ-ċittadini u l-kumpaniji li jiffurmaw parti minnha kontra kull forma ta’ theddid. L-Unjoni Ewropea għandha l-poter u l-mezzi biex tagħmel dan, u se tużhom jekk u meta jkun neċessarju.

Ftit qabel ma ntemm il-Forum, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, nieda Bord li hu sejjaħ Bord tal-Paċi, dan biex ikun hemm istituzzjoni ġdida internazzjonali li tħares il-Paċi, għalkemm bosta mill-alleati ma kenux preżenti fiċ-ċerimonja meta Trump ħabbar dan il-Bord.

Flimkien nistgħu ntemmu għexieren ta’ snin ta’ tbatija, inwaqqgħu ġenerazzjonijiet ta’ mibegħda u dmija, u noħolqu paċi dejjiemi għad-dinja kollha.

Madankollu hemm ħafna xettiċiżmu dwar dan il-Bord minħabba li Trump qisu jrid jissottitwixxi dan il-Bord ma’ Nazzjonijiet Uniti.

.