F’ġurnata oħra mill-Open tal-Awstralja f’Melbourne, Daniil Medvedev tar-Russja għeleb b’diffikultà lill-Ungeriż Fabian Marozsan f’ħames sets, bl-aktar mod drammatiku wara li l-Ungeriż kien fil-vantaġġ ta’ żewġ sets. Marozsan wara li rebaħ l-ewwel set 7 – 6 iddomina it-tieni set li rebaħ 6 – 4 .
F’mument meta deher li seta’ jagħlaq il-partita waslet ir-reazzjoni minn Medvedev li rebaħ it-tielet set 7 – 5 sabiex iddomina ż-żewġ sets ta’ wara 6-0, 6-3 biex għadda għar-rawnd li jmiss.
Tommy Paul tal-Istati Uniti approfitta mill-injury tal-Ispanjol Alejandro Davidovich Fokina li rtira wara li ntemm it-tieni set.
Carlos Alcaraz kompla bis-serje pożittiva tiegħu u t-tama li jirbaħ l-ewwel Grand Slam għal din is-sena wara rebħa oħra bla tbatija fi tliet straight sets din id-darba 6-2, 6-4, 6-1 fuq il-Franċiż Corentin Moutet.
Fil-kompetizzjoni tan-nisa, Aryna Sabalenka kompliet bis-serje pozittiva u għaddiet għar-rawnd li jmiss minkejja partita difficli fejn kellha bżonn żewġ tie-breaks biex għelbet 7-6, 7-6 lill-Awstrijaka Anastasia Potapova li fir-round preċedenti kienet eliminata lill-Britannika Emma Raducanu.
//= $special ?>

