Futbol Sport

Naxxar Lions jieħdu l-ewwel tlett punti fit-tieni fażi tal-kampjonat

NAXXAR LIONS……………..2

ŻABBAR ST.PATRICKS……..1

Naxxar Lions: M.Debono, J.De Souza Iseppe, T.Seara Kruger, M.Fenech, M.Pahama, J.Victor Souza Dos Santos (M.Hudson 88′), R.Pereira Da Silva, M.Micallef, C.Kontchou (Y.Montero 56’)Nganimini, V.Ferreria De Jesus, J.Vitor Moura Cardoso

Żabbar SP: G. Colombo, M.Forte (L.Micallef 68’), M.Soldo (T.Eviparker 80’), S.Cejas, N.Agius, Y.Im, J.Micalled, Z.Leonardi, M.Barbosa, J.Pisani (C.Dalli 85’), M.Fontanello (I.Etim Akpan 67’)

L-ewwel tlett punti tat-tieni fażi għal Naxxar Lions wara r-rebħa kontra Żabbar St.Patricks. Rebħa li tista’ tiswa’ ħafna fl-aħħar tal-istaġun jekk Naxxar Lions iridu jżommu t-tama’ li jsalvaw mir-relegazzjoni ħajja.

Kien it-tim minn naħa t’isfel ta’ Malta li fetaħ l-iskor wara 51 minuta minn Santiago Cejas, biex kwarta wara Joao Vitor Souza għamel l-iskor indaqs.

Il-Lions stennew sad-79 minuta biex ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita, bil-gowl tar-rebħa jasal minn Vinicius Ferreria De Jesus.