Hekk kif illejla sirna nafu bir-riżenja tal-Ministru Roderick Galdes, il-Kap tal-PN Alex Borg insista li iż-żmien tana parir – u għal darba oħra l-Partit Nazzjonalista kellu raġun.
Fi sfond fejn f’Malta teżisti problema ta’ housing u proprjetà li mhix affordabbli, kellna Ministru li iktar ħsiebu fl-interessi tal-proprjetajiet tiegħu milli fl-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.
Alex Borg stqarr li din li qed naraw illum kellha tkun id-deċiżjoni naturali ġimgħat u xhur ilu. U wieħed jittama li ma hemmx iktar x’wieħed isir jaf.
“Il-Maltin u l-Għawdxin iridu politiċi li huma viċin in-nies. Li jistgħu jafdaw u li huma għas-servizz tal-poplu u mhux moħħhom fl-interess personali tagħhom. Il-maturità politika f’pajjiżna nistgħu biss nuruha kull darba li hemm bżonn li nerfgħu r-responsabbiltà tagħna fil-waqt opportun. Mhux meta jkun tard wisq, kif rajna llejla.”
//= $special ?>

