“L-abort għall-Partit Laburista hu d-daqqa tal-mewt, jekk jippermettieh ma jerġax jara l-Gvern qabel 20 sena”.
Din hija opinjoni miktuba fil-blog tal-eks uffiċjal f’Kastilja Neville Gafà fejn issokta bir-retorika li l-Partit Laburista qed jippjana biex jintroduċi bil-mod il-mod l-abort f’pajjiżna.
Fl–opinjoni, li skont ma ntqal fuq il-blog hija miktuba minn “imsieħeb tal-Partit Laburista mill-Imġarr ta’ Malta”, intqal kif “tfaċċa l-ardir li nsejħu abort mhux qtil” u li l-abort “huwa albatross” m’għonq il-Partit Laburista hekk kif jekk jidħol ikun id-daqqa tal-mewt għalih.
//= $special ?>

