Futbol Sport

Manchester City jirritornaw għar-rebħ… Tottenham isalvaw draw kontra Burnley

Fl-Etihad Stadium Manchester City irritornaw għar-rebħ wara sejre ta’ riżultati negattivi meta għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-0. Il-kowċ Pep Guardiola iddeċieda li jibda mingħajr l-attakkant ewlieni tagħhom Erling Haaland. Huma fetħu l-iskor kmieni fil-partita meta Matheus Nunes għadda lejn Omar Marmoush li xeħet fix-xibka għal 1-0. Fil-ħin mogħti żejjed ta’ tmiem l-ewwel taqsima Manchester City għamluhom 2-0 meta Bernardo Silva għadda lejn Antoine Semenyo li kkonnkluda fix-xibka għat-tielt gowl tiegħu mas-Citizens.

F’Turf Moor Tottenham Hotspurs salvaw draw ta’ 2-2 fl-aħħar minuti tal-partita kontra Burnley. Kien Tottenham li fetħu l-iskor fit-38 minuta minn Mikky van de Ven, qabel fi tmiem l-ewwel taqsima kien Axel Tuanzebe li kiseb id-draw għal 1-1. Burnley marru fil-vantaġġ fis-76 minuta b’gowl ta’ Lyle Foster qabel kien Cristian Romero, li fid-90 minuta kiseb id-draw għal Tottenham.

Riżultati: Manchester City v Wolves 2-0, Burnley v Tottenham 2-2, Bournemouth v Liverpool 3-2, West Ham v Sunderland 3-1, Fulham v Brighton 2-1