Minn għada, l-Ħadd 25 ta’ Jannar, is-servizz tal-Gozo Fast Ferry se jkun qiegħed jerġa’ jopera b’mod normali.
Dan kien imħabbar fuq il-midja soċjali fejn dawk il-passiġġieri li ta’ kuljum jagħmlu użu minn dan is-servizz kienu rringrazzjati tal-paċenzja u l-koperazzjoni tagħhom.
Dan wara li fil-21 ta’ Jannar, ċioè l-Erbgħa, kien imħabbar li kawża tal-maltempata sever li kien laqgħat lill-pajjiż, it-Terminal li jinsab f’Ta’ Liesse ma kienx aċċessibbli kawża tal-ħsarat li ġarrab.
Għaldaqstant wara tliet ijiem sospiż, minn għada s-servizz se jkun qed jerġa’ jopera bejn Malta u Għawdex.
//= $special ?>

