Futbol Sport

Rebħa kbira għal Como fuq Torino

Fis-Serie A fi Stadio G.Sinigaglia rebħa kbira għal Como f’darhom kontra Torino bl-iskor ta’ 6-0. Din ir-rebħa tellgħet lil Como fil-ħames post tal-klassifika b’40 punt filwaqt li ħalliet lil Torino fil-15-il post tal-klassifika. Como fetħu l-iskor fit-8 minuta meta ballun fit-tul kien Anastasios Douvikas li daħal tajjeb u tefa’ fix-xibka għal 1-0. Huma rduppaw fis-16-il minuta meta minn xutt minn barra il-kaxxa kien Martin Baturina li xeħet fix-xibka għal 2-0. Como skorjaw it-tielet gowl fid-59 minuta meta mill-ħdax-il metru kien Lucas Da Cunha li ma żbaljax. Fis-66 minuta Como skorjaw ir-raba’ gowls tagħhom meta għal darb’oħra reġa’ kien Anastasios Douvikas li dar tajjeb mal-goalkeeper u xeħet fix-xibka għal 4-0. Erba’ minuti wara kien Nicolas Kuhn li skorja il-ħames gowl biex imbagħad sitt minuti wara kien Maxence Caqueret li skorja is-sitt gowl għal 6-0.

Riżultati: Como v Torino 6-0, Fiorentina v Cagliari 1-2