Lokali

Sensiela ta’ laqgħat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi relatati mal-maltemp ta’ din il-ġimgħa

Wara l-maltempata ta’ din il-ġimgħa, s-Sindku tas-Siġġiewi Julian Borg ħabbar li hu u l-kunsilliera irridu jitkelmu mar-residenti u jifhmu l-ħsarat li ġarrbu biex tinstab it-triq ‘l quddiem. Dan mhux biss għal Għar Lapsi imma ukoll għas-settur agrikolu.

Għalhekk se jkunu qed isiru sensiela ta’ laqgħat mill-Kunsill Lokali is-Siġġiewi relatati mal-maltempata ta’ din il-ġimgħa.

Nhar it-Tlieta 27 ta’ Jannar fl-4.00pm fil-Kunsill Lokali is-Siġġiewi; laqgħa għall-bdiewa li ġarbu ħsarat f’għelieqi tagħhom jew għelieqi li jikkultivaw.

Nhar it-Tlieta 27 ta’ Jannar fil-5.00pm fil-Kunsill Lokali is-Siġġiewi; laqgħa għas-sajjieda ta’ Għar Lapsi, owners ta’ boathouses u proprjetajiet fuq il-boathouses.

Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Jannar fil-6.00pm fil-Kunsill Lokali is-Siġġiewi; ⁠laqgħa ta’ Informazzjoni għas-Siġġiwin dwar l-aħħar żviluppi f’Għar Lapsi.