Internazzjonali

‘Sinners’ jiddomina b’16-il nominnazjoni għall-Oscars

In-nominazzjonijiet tal-Oscas mill-ġdid ġabu magħhom numru ta’ sorpriżi flimkien ma’ diżapunti b’mod partikolari għal-films Sinners u Wicked: For Good rispettivament.

Il-Film tal-Vampiri Sinners kiseb xejn inqas minn 16-il nominazzjoni bex b’hekk kiser ir-rekords tal-iktar film li qatt kien inominat minn kemm ilhom isiru l-Oscars. Rekord li kien inkiser l-ewwel darba fl-1950 b’All About Eve, b’Titanic fl-1997 u bl-La La Land fl-2016.

Sinners kien fost oħrajn nominat għall-aqwa film, l-aqwa direttur, l-aqwa visual effects, l-aqwa diska oriġinali, l-aqwa attriċi fi rwol sekondarju u l-aqwa attur f’parti prinċipali, li għaliha hemm l-attur Michael B. Jordan.

Kategorija li fiha hemm ukoll Leonardo DiCaprio għall-film One Battle After Another, Ethan Hawke għal Blue Moon u Timotee Chalamet għal Matry Supreme. B’dan tal-aħħar ikompli jimpressjona fl-eta ta’ 30 sena.

Films oħra li kisbu numru ta’ nominazzjonijiet kienu One Battle After Another bi 13-il nominazzjoni, Marty Supreme, Frankenstein u Sentimental Value b’disa’ nominazzjonijiet u Hamnet bi tmienja.

Din l-edizzjoni se tkun id-98 edizzjoni u mistennija li tkun waħda twila – hekk kif din is-sena żdiedet kategorija oħra, il-kategorija ta’ Best Casting, biex b’hekk hemm 24 kategorija b’5 nominazzjonijiet kull waħda barra l-kategorija tal-aqwa film li fiha 10 films.  Din is-serata se ssir fil-15 ta’ Marzu bi preżentazzjoni tal-komiku Conan O’Brien.

Intant, il-kumpanija Warner Brothers qed tiddomina dawn in-nominazzjonijiet b’xejn inqas minn 30 nominazzjoni għall-Oscars, segwita minn Neon bi 18-il nominazzjoni u Netflix b’16-il nominazzjoni .

Il-film li kiseb l-iktar nominazzjonijiet ta’ sorpriża kien il-film F1, bi Brad Pitt fil-parti prinċipali, li fost oħrajn ġie nominat għal aqwa films.

Kategorija oħra li hemm ħafna stennija għaliha hija l-kategorija tal-aqwa attriċi b’Kate Hudson u Emma Stone jikkompetu kontra xulxin.

L-ebda serata tan-nominazzjonijiet tal-Oscars ma tkun possibli mingħajr numru ta’ diżżapunti, u fost dawn hemm il-film Wicked: For Good li falla milli jimpressjona, diżżapunt kbir hekk kif kien mistenni li almenu jikseb nominazzjoni għall aqwa diska  The Girl in the Buble ta’ Ariana Grande.

L-attur maħbub Paul Mescal ukoll ma ġiex innominat għall-aqwa attur sekondarju, minkejja li kien wieħed mill-iktar kontestanti prominenti bl-irwol tiegħu f’Hamnet. Madanakollu il-film Hamnet wassal għan-nominazzjoni ta’ Chloe Zhao bħala l-aqwa direttur – kategorija li ripetutament tkun dominata mill-irġiel.