Lokali

Ir-responsabbiltà tal-housing tingħata lis-Segretarjat ta’ Andy Ellul

Is-settur tal-Housing issa se jaqa’ għal Segretarjat, dan skont deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela.

Dan hekk kif ir-responsabbiltà tal-Housing, se tkun qed tingħata lis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.

Is-Segretarju Parlamentari huwa mistenni jsolvi l-kriżijiet kollha li daħal fihom il-kollega tiegħu Galdes għal dan is-settur.

Ellul, se jkun qed iżomm ir-responsabbiltajiet tad-djalogu soċjali, filwaqt li issa, se jkun qed jieħu r-responsabbiltajiet ta’ Ministru filwaqt li jinżamm Segretarju Parlamentari.

Roderick Galdes irreżenja tard is-Sibt filgħaxija wara l-pressjoni kbira mill-Partit Nazzjonalista u anke minn diversi għaqdiet f’pajjiżna.

Din il-bidla fir-responsabbiltà tas-Segretarjat ta’ Ellul tħabbret illum mill-Prim Ministru Robert Abela, meta kien għaddej b’diskussjoni politika.