Lokali

“Dan hu l-mument biex inħarsu lejn Malta ‘l quddiem” – Alex Borg

Dan hu l-mumet biex inħarsu lejn Malta ‘l quddiem.

Hekk sostna Alex Borg fl-ewwel indirizz lill-Kunsill Ġenerali bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, fejn sostna li l-Partit Nazzjonalista biss jista’ jagħti t-tama lill-pajjiż.

Fid-diskors tiegħu Alex Borg għamel referenza għat-taħwid li hemm fl-ARMS u l-inġustizzja li seħħet ma’ dawk li ma ħadux l-eco reduction, u wiegħed li Gvern Nazzjonalista jindirizza din l-inġustizzja.

Għamel ukoll referenza wkoll għar-riżenja ta’ Roderick Galdes, u esprima t-tħassib tiegħu dwar ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Fakkar kif il-Partit Nazzjonalista kien ilu xhur jitlob għar-riżenja ta’ Galdes però l-Prim Ministru kien baqa jara biss l-interessi tiegħu u ta’ dawk tal-qalba. Dan b’differenza għal Gvern Nazzjonalista li jpoġġi l-interess tal-poplu fuq quddiem

Dwar l-istħarrġ Alex Borg stqarr li dan jimliħ b’kuraġġ, tama u enerġija, però sostna li fadal ħafna ħidma xi ssir, fid-djar, fil-każini u fil-pjazez.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li l-politika tal-Partit Nazzjonalista se tpoġġi lil-persuni fiċ-ċentru, inkluż iż-żgħażagħ li Robert Abela huwa tant maqtugħ minnhom

F’Għawdex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sellem lill-Għadwxin li kellhom xorta jaqsmu bejn iż-żewġ gzejjer minkejja l-Maltemp, u spjega kif id-dewmien tal-aħħar jiem huwa inaċettabli. Tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni f’Marsalforn u l-wiegħda li ilu jagħmel il-Gvern ta’ Robert Abela għal breakwater f’din il-lokalità. – Wiegħda li baqgħet fuq l-ixkaffa.

Wassal ukoll appell lill-Gvern Malti biex jesplora l-aħjar mod kif jista’ jgħin lil dawn kollh amilquta mill-maltemp.

Dwar is-sitwazzjoni Internazzjonali, Alex Borg qal li r-rispett bejn il-pajjiżi qed tonqos. Saħaq li bħala pajjiż ma nistgħux ma niddefendux l-integrità b’mod partikolari ta’ pajjiżi Ewropej bħalna. B’kuntrarju għal Gvern li jrid jimxi bil-politika tal-inkejja.