Sport

Djokovic fil-kwarti finali tal-Open tal-Awstrajla

Ritratt: EPA

L-atleta tat-tennis Novak Djokovic ikkwalifika awtomatikament għall-kwarti tal-finali tal-Open tal-Awstralja.
Dan wara li l-avversarju tiegħu l-atleta Jakub Mensik ma setax ikompli minħabba li sofra injury.
Il-logħba bejn Djokovic u Mensik kienet skedata għal nhar it-Tnejn filgħaxija f’Melbourne,
iżda l-kundizzjoni fiżika taċ-Ċek wasslet biex jirtira qabel ma daħal fil-partita.
B’hekk, Novak Djokovic jgħaddi direttament għall-fażi li jmiss.
Fil-kwarti finali, Djokovic se jaffaċċja lir-rebbieħ tal-konfront bejn Lorenzo Musetti u Taylor Fritz.
Rebħa f’dan ir-round tista’ twasslu għal konfront potenzjali kontra Jannik Sinner fis-semifinali
u, possibilment, kontra Carlos Alcaraz fil-finali.
L-atleta Carlos Alcaraz bħalissa jinsab fl-ewwel post fil-klassifika għall-plejers tat-tennis.
L-aħħar suċċess ta’ Novak Djokovic wasal f’tournament ta’ Grand Slam fil-US Open tal-2023.
S’issa, l-atleta Serb rebaħ 24 titlu ta’ Grand Slam, l-istess ammont ta’ Margaret Court, u qed ifittex li jikser dan ir-rekord billi jirbaħ l-Open tal-Awstralja għall-11-il darba.
F’dan l-istadju, l-atleta Serb Novak Djokovic għadu ma falliex milli jitlef sett f’dan l-
Open.