“Għall-Partit Nazzjonalista kull persuna hija importanti, għalhekk dan huwa l-mument illi kulħadd jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista sabiex pajjiżna ssirlu l-bidla li tant għandu bżonn”.
Kien dan il-messaġġ tas-Segretarju Ġenerali Charles Bonello meta ndirizza l-ewwel Kunsill Ġenerali politiku ta’ Alex Borg u li sar propju f’Għawdex wara 20 sena.
Charles Bonello spjega illi dan il-Kunsill Ġenerali huwa propju preludju għall-konvenzjoni Nazzjonali li se jkun qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista, sabiex pajjiżna jkollu tama ġdida, programm elettorali mimli b’viżjoni bis-sehem tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello spjega kif il-Gvern Laburista għamel numru ta’ wegħdi, illi sfaw fix-xejn. Fejn elenka l-isptar ġdid għal Għawdex, ambjent sabiħ u konnettivita aħjar bejn il-Gżejjer Maltin, fejn anke spjega li l-Gvern wiegħed mediċini li jaslu sal-bieb tal-familji tagħna, xogħoljiet ta’ kwalita.
Charles Bonello spjega wkoll kif is-servizzi kollha, li l-Gvern Laburista qed jirriklama permezz tal-propoganda tiegħu, fosthom l-infermiera fid-dar, il-meals on wheels u t-telecare fost l-oħrajn bdew kollha taħt Gvern Nazzjonalista.
Servizzi li dejjem tejbu l-kwalita tal-ħajja aħjar għall-anzjani tagħna u għal dawk kollha li kellhom bżonn.
Filfatt, huwa ddikjara, li bħalma sar fis-snin ta’ qabel, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed iwassal il-ġid il-familji tagħna, ġid li jinqasam bejn kulħadd u mhux bejn il-ftit.
Huwa għamel referenza wkoll għas-sondaġġ li ħareġ il-Ħadd filgħodu, li juri l-għatx li għandu l-poplu għall-bidla importanti, u li minkejja li t-triq hija għat-tela’ hija waħda li tinsab viċin.
//= $special ?>

