Gżira United………….2
Birkirkara……………….0
Gżira United: E. Colombo, D.Abela, A. Borg, B. Borg (S.Bastic 64’), A. C. Penha Da Costa, (N.Cassar 17’) M.Maia, C. Failla, L. Riascos, I. N’sa Chrisnovic, J.Josue Bonilla Calderon (S.Martinez Perlaza 85’), M. Stojanovic. Birkirkara: M. Grech, F. Lopez Garrone, M. Morello, S. Lopez (G.Acheampong 80’), A. Garzia (N.Cross 87’), K.Reid (J.Vrcic 61’), S. Dimech (K.Fenech 88’), A. Coppola, R. Bispo Dos Santos, S.Donovan, J.Mben
Skorjaw: Bonilla Calderon 70’, Stasa Bastic 90’ (G)
Referee: Alex Johnson
Gżira United FC komplew il-bidu pożittiv tagħhom fil-Closing Round b’rebħa ta’ 2–0 kontra Birkirkara FC, biex issa qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ma’ Floriana b’punti massimi.
Il-logħba, li kienet inizjalment skedata għall-Ġimgħa filgħaxija iżda ġiet posposta minħabba li il-lasti ma kinux indaqs, bdiet b’Birkirkara aktar intraprendenti.
Il-Karkariżi ħolqu diversi ċansijiet, fosthom xutt ta’ Jacques Bayo li
ħabat max-xibka minn barra u tentattiv ieħor tal-captain Alessandro Coppola li spiċċa għoli qabel
tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima, Donovan Makoma kien viċin li jiftaħ l-iskor għal Birkirkara, iżda x-xutt tiegħu
mid-distanza ġie miċħud mid-difiża ta’ Gżira. Il-punt ta’ bidla wasal mas-70 minuta meta Francisco Lopez Garrone ntwera karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Andrew Borg.
Minn freekick li segwa, Bonilla Calderon skorja b’xutt preċiż mid-distanza
biex ta l-vantaġġ lil Gżira.
Wara dan, Gżira kkontrollaw il-logħba, bil-Maxuell Maia kważi jirdoppja l-iskor kontra l-ex tim tiegħu, qabel ma Stasa Bastic issiġilla r-rebħa b’goal fil-ħin miżjud.


