L-attivitajiet f’Għawdex illum, wara l-Kunsill Ġenerali, komplew bl-ikla tal-ħbieb fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista irringrazzja l-ħidma kbira tagħhom. Spjega li l-Kunsill Ġenerali fetaħ it-triq li se twassal għal Konvenzjoni Nazzjonali.
Saħaq dwar l-importanza li kulħadd iżomm saqajħ mal-art minkejja li l-aħħar stħarriġ huwa wieħed inkuraġanti. Tenna dwar il-bżonn li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ l-vuċi tan-nies. Dan filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha preżenti talli dejjem jisimgħu s-seħa tal-Partit Nazzjonalista.
Waqt l-ikla tal-ħbieb tkellem ukoll il-President Noel Formosa li rringrazzja lil membri preżenti fil-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex tax-xogħol u l-ħidma kollha.




Noel Formosa rringrazzja wkoll lil membri tal-Kumitat uxxenti fosthom l-eks President Paul Buttigieg li għal żmien twil sera ta’ bastun għall-Partit Nazzjonalista fil-gżira ta’ Għawdex.
Il-President tal-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex ppreżenta tifkira sabiħa lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg bħala turija ta’ apprezzament.
Alex Borg kien akkumpanjat minn Sarah, il-Viċi Kap Alex Perici Calascione u s-segretarju Ġenerali Charles Bonello.
//= $special ?>
