Dalgħodu, fil-Grand Hotel tal-Imġarr Għawdex, se jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-PN.
Dan il-Kunsill se jiddiskuti ħames mozzjonijiet importanti – u huwa parti minn weekend sħiħ ta’ impenji li kellu l-PN kemm bl-Amministrattiv u anke bl-Eżekuttiv.
Dawn il-laqgħat kienu preludju għall-Kunsill Ġenerali, bit-tema ‘Dan Hu l-Mument’.
Il-Kunsill Ġenerali jiftaħ fid-9:30am u se jixxandar kemm fuq Net Television u anke fuq il-pjattaformi soċjali.
//= $special ?>

