L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) qed tirreferi għat-Twissija Meteoroloġika Safra maħruġa mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-Gżejjer Maltin għal nhar it-Tnejn, 26 ta’ Jannar, fejn huma mistennija kundizzjonijiet tat-temp li jeħtieġu miżuri ta’ prekawzjoni, inklużi irjieħ b’buffuri qawwija li jistgħu jilħqu Forza 7, baħar imqalleb u ħalbiet tax-xita.
Fid-dawl ta’ din it-twissija, il-BCA tfakkar lill-kuntratturi, żviluppaturi, maniġers tas-siti u lill-operaturi kollha fis-settur tal-kostruzzjoni bl-obbligu tagħhom li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi ssalvagwardjat is-sigurtà tal-ħaddiema, tal-pubbliku u tal-proprjetajiet tat-terzi.
L-operaturi huma mitluba
• Ineħħu materjal, tagħmir, partijiet ta’ scaffolding u strutturi temporanji li jistgħu jinġarru mir-riħ
• Jiżguraw li cranes, tagħmir ta’ rfigħ u strutturi temporanji jkunu siguri
• Jevalwaw kontinwament il-kundizzjonijiet tas-sit u jwaqqfu x-xogħlijiet meta t-temp ikun ta’ riskju
• Jiżguraw superviżjoni adegwata u konformità mar-rekwiżiti
L-operaturi huma mħeġġa jibqgħu viġilanti u jsegwu l-aġġornamenti li se jkunu qegħdin ikomplu jinħarġu skont il-ħtieġa.
//= $special ?>

