Sport

Manchester United jiskorjaw fl-aħħar ftit minuti permezz ta’ gowl minn Cunha

Fil-Premier League, Manchester United għelbu lil Arsenal fl-Emirates Stadium, meta l-attakkant Brażiljan
Matheus Cunha skorja l-gowl tar-rebħa fis-87 minuta.

Arsenal fetħu l-iskor tal-partita, meta fid-29 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ awtogowl
minn Lisandro Martinz.
Ir-Red Devils ma jaqtawx qalbhom u jsibu l-gowl tad-draw fis-37 minuta, permezz tal-attakkant Bryan Mbeumo li jipprofitta minn żball tal-midfielder Spanjol Martin Zubimendi.
L-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 1-1.
Fit-tieni taqsima, Manchester United imorru fil-vantaġġ, meta d-difensur laterali Patrick Dorgu permezz ta’ assist minn Bruno Fernandes jegħleb lill-gowlkiper David Raya.
Fl-84 minuta, il-midfielder Spanjol Mikel Merino ħaseb li sab l-gowl tad-draw għal Arsenal, iżda dan ma jkunx biżżejjed għat-tim ta’ Mikel Arteta.
Tlieta minuti wara, l-attakkant Brażiljan Matheus Cunha permezz ta’ assist minn Kobbie Mainoo jsib il-gowl tar-rebħa biex jagħti tliet punti lil Red Devils barra minn darhom.
L-iskor finali jkun dak ta’ 3-2.
F’Stamford Bridge, Chelsea għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-1.
Il-winger Esteavo fetaħ l-iskor tal-partita fil-34 minuta logħob.
Fil-50 minuta, l-attakkant Joao Pedro żied il-vantaġġ għal Chelsea permezz ta’ assist minn Estevao.

Fil-64 minuta, Chelsea jingħataw penalty mir-referee Darren England.
Il-penalty ġie mogħti minn Enzo Fernandez u mill-11-il metri jiskorja t-tielet gowl għal Chelsea.
Intant, Crystal Palace jiskorjaw fit-88 minuta meta d-difensur Chris Richards permezz ta’ assist minn Chadi Raid għeleb lil gowlkiper Robert Sanchez.
Aston Villa jkompli bil-prestazzjoni pożittiva tagħhom fil-Premier League f’dan l-istaġun meta għelbu lil
Newcastle bl-iskor ta’ 2-0.
Fl-għoxrin minuta logħob talpartita, Emiliano Buendia jpoġġi lil Aston Villa fil-vantaġġ permezz ta’ assist minn Morgan Rodgers.
It-tieni gowl ta’ Aston Villa jasal fit-88 minuta logħob mill-plejer Ingliż Ollie Watkins minn assist ta’ Lucas Digne.
Aktar logħob ilbieraħ, Nottingham Forest jirbħu wkoll barra minn darhom meta għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 2-0.