Fl-aħħar ħinijiet ittella’ kadavru mill-bajja tal-Ġnejna.
Dan wara li għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret fil-post fejn sabet il-kadavru, li jidher li huwa ta’ mara, iżda għadu ma ġiex identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ġisem ilu fil-baħar għal diversi ġranet.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia , li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.
//= $special ?>

