Sport

Rebħa b’saħħitha għal Juventus kontra Napoli

Ritratt: EPA

Juventus FC kisbu rebħa b’saħħitha ta’ 3–0 kontra SSC Napoli biex kisbu tliet punti kruċjali li jżommuhom fil-ġlieda mal-aqwa timijiet u issa jinsabu qrib iż-żona ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League.

Il-Bianconeri fetħu l-iskor fit-22 minuta permezz ta’ Jonathan David, li sfrutta pass preċiż ta’ Locatelli u, minkejja l-pressjoni difensiva, sab ix-xibka.

Fit-77 minuta, l-attakkant Kenan Yildiz rdoppja l-vantaġġ wara żball difensiv ta’ Jesus li ppermetta lil Miretti jservi assist deċiżiv.
Ir-riżultat ġie ssikkat fis-86 minuta meta l-winger Serb Filip Kostić skorja t-tielet goal biex ta tliet punti lil Bionconeri
B’din ir-rebħa, Juventus telgħu fil-ħames post bi 42 punt, l-istess ammont ta’ AS Roma u punt biss inqas minn Napoli.
Roma affaċċjaw lil AC Milan bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 1-1.
Milan marru fil-vantaġġ fis-62 minuta meta d-difensur Koni De Winter fetaħ l-iskor tal-partita.
Fl-74 minuta , Lorenzo Pellegrini skorja minn 11-il metri biex ġab il-gowl tad-draw għal Roma.

Inter Milan temmew il-ġurnata fl-ewwel post bi 52 punt.
F’logħbiet oħra tal-ġurnata fis-Serie A, Sassuolo Calcio għelbu lil US Cremonese 1–0 b’goal kmieni ta’ Fadera.
Atalanta BC iddominaw kontra Parma Calcio b’rebħa ta’ 4–0, b’goals ta’ Scamacca, De Roon, Raspadori u Krstović.
Genoa CFC ħarġu rebbieħa 3–2 kontra Bologna FC, bil-goal deċiżiv jasal fil-ħin miżjud permezz ta’ Junior Messias.