Sport

Rebħa għal Floriana kontra Mosta

Rittratt: Floriana FC

Floriana……….2
Mosta…………1

Floriana: G. Cioletti, M.Beerman, J. Grech, K. Dervisagic (F. Coelho Teixeira 76’), N.Varela, D. Vella (Z. Scerri 76’), A. Kurtalic (J. Gamarra 88’), O.Spiteri, I. Mendonca, M. Veselji, R. Linhares Areias (M. Jah 61’).
Mosta: D. Udoh, A. Agius, M.Bolanos, C. Diamanka, G.Goncalves (G. Sciberras 66’), J.Da Silva Dias, N. Agius (Z.Brincat 77’), P. Caho Alves (S.Eikwu-Ojo 46’), P. Emmanuel, S.Zibo (C. Odirinde 66’), J.Vassallo.
Skorjaw: Prince Emmanuel 1’ (M) Varela 18’ Jake Grech 51’(F)
Referee: Ezekiel Barbara

Floriana FC telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara rebħa diffiċli kontra Mosta FC, li kienu ħasdu lill-Greens b’goal kmieni fl-ewwelminuta tal-logħba.
Is-suċċess ta’ Floriana kien wieħed mistħoqq, hekk kif iddominaw il-logħob għal perjodi twal, iżda żewġ goals mill-isbaħ ta’ Varela u Jake Grech issiġillaw it-tliet
punti.
Għal Mosta din kienet it-tieni telfa konsekuttiva fil-Closing Round, wara t-telfa kbira kontra Valletta FC.
Minkejja dan, il-prestazzjoni tagħhom kontra Floriana kienet waħda pożittiva, fejn baqgħu jissieltu sal-aħħar minkejja li ma rnexxielhomx jieħdu punt.
Wara biss 27 sekonda logħob, Mosta marru fil-vantaġġ meta, fi tmiem azzjoni veloċi, Prince Emmanuel qabeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Cioletti.
Floriana kienet immedjata, bilgoalkeeper ta’ Mosta jkun protagonist fis-sitt minuta meta salva
darbtejn — l-ewwel fuq xutt ta’Varela u mbagħad fuq xutt imxellef ta’ Kurtalic.

Il-goal tad-draw wasal fit-18-il minuta permezz ta’ ġmiel ta’ xutt bid-dawra minn Varela minn tarf il-kaxxa.
Sitt minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, Floriana marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt preċiż u sabiħ ta’ Jake Grech li ma ta l-ebda ċans lil Udoh.

Il-Greens komplew jikkontrollaw il-logħba u fil-65 minuta Dervisagic kellu ċans, iżda x-xutt fjakk tiegħu fil-baxx ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Mosta.