Lokali Temp

Twissija ta’ livell medju; riħ li jista’ jilħaq Forza 7

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed javża li għal għada t-Tnejn 26 ta’ Jannar inħarġet twissija tat-temp ta’ livell medju (yellow weather warning).

Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jaqilbu għall-agħar mis-sigħat bikrin tat-Tnejn, bejn l-1:00 u l-4:00 ta’ filgħodu, b’riħ li jissaħħaħ matul il-lejl u matul il-jum, u li jista’ jilħaq Forza 7 (Qawwa ta’ Grigalata) f’ċerti ħinijiet. Huwa mistenni wkoll baħar qawwi u xita ħafifa.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:

•⁠  ⁠Jeżerċita kawtela akbar, b’mod partikolari matul is-sigħat ta’ filgħodu u ta’ matul il-jum

•⁠  ⁠Ipoġġi b’mod sigur affarijiet li qegħdin fuq barra

•⁠  ⁠Jibqa’ attent għal bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp

•⁠  ⁠Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet

•⁠  ⁠Iċempel 112 f’każ ta’ emerġenza.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f’kordinazzjoni ma’ servizzi oħra ta’ emerġenza.

Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.