Il-Pulizija wettqet roadcheck ta’ rutina fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, b’rabta ma’ sewqan
eċċessiv.
Matul dawn il-kontrolli kontinwi li qegħdin isiru anke matul il-lejl, il-Pulizija sabet vetturi jinstaqu b’veloċità eċċessiva, filwaqt li nħarġu numru ta’ kontravenzjonijiet oħra relatati ma’ illegalitajiet differenti.
Fil-ħin li kienu għaddejjin l-ispezzjonijiet, il-Pulizija innutat żewġ ġriewi jiġru f’nofs it-triq, f’sitwazzjoni li poġġiethom f’periklu. Bl-għajnuna ta’ sewwieq li nzerta għaddej dak il-ħin, il-Pulizija rnexxielha tiġbor il-ġriewi mit-triq.
Membri mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ġew imsejħa fuq il-post u wara spezzjoni ġie kkonfermat li l-ġriewi ma kinux iċċipjati u għaldaqstant, dawn ġew mgħoddija lill-istess Direttorat.
//= $special ?>

