Maltempata qalila li ħakmet l-Istati Uniti, ħalliet mill-inqas seba’ persuni mejta u madwar 800, 000 residenza mingħajr provvista tal-elettriku.
Skont is-Servizz Nazzjonali tat-Temp, tal-Istati Uniti, Il-maltempata kkawżat kundizzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja minn Texas sa New England. Minħabba t-temp estrem, ta’ borra, xita qawwija u kesħa tremenda, kellhom jingħalqu l-iskejjel u 11,000 titjira ġew ikkanċellati.
Imwiet kaġun tal-maltempata, ġew irrappurtati f’diversi stati. Żewġ persuni mietu bl-ipotermja f’Louisiana, filwaqt li mwiet oħrajn ġew ikkonfermati anke f’Texas, Kansas u Tennessee.Intant, fi New York, tilfu ħajjithom ħames persuni għalkemm għadu mhux magħruf eżattament x’wassal għall-imwiet . Min-naħa tagħhom, l-uffiċjali ħeġġew lin-nies biex jibqgħu ġewwa u jevitaw li jivvjaġġaw.
Il-meteoroloġi qed jgħidu li din il-maltempata tista’ taffettwa madwar 180 miljun Amerikan.
//= $special ?>

