Adrian Delia, PN
Ix-Shadow Minister għall-Finanzi Adrian Delia qal fil-parlament li l-budget li għadda ma ħalliex effetti tajbin fejn hemm problemi fil-pajjiż.
Adrian Delia qal li l-qagħda finanzjara ta’ diversi setturi ma tjiebitx minn wara l-budget li għadda u sostna li kollox jindika li t-tkabbir tal-ekonomija qed iseħħ minħabba t-tkabbir tal-popolazzjoni.
Hu sostna li l-pajjiż għad għandu problemi ta’ trasport minkejja l-budget li għadda għax qed jiżdiedu 60 karozza kuljum b’ammont kbar għall-barranin waqt li ma sar l-ebda investiment fit-trasport tal-massa. Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-infrastruttura u qal li jeħtieġ isir investiment kbir f’dan is-settur iżda fl-aħħar budget kien hemm tanqqis.
Adrian Delia semma’ s-saħħa u qal li l-gvern qed jgħid li se jagħmel investiment ġdid fis-saħħa iżda l-Ministru tas-Saħħa kien qal li sa Marzu 2025 se tkun lesta l-ewwel fażi ta’ sptar ġdid ta’ sptar ġenerali f’Għawdex. Minn dan ma sar xejn anki jekk issa ninsabu fl-2026 biex issa l-gvern għadu qed jgħid li għamel l-investiment fl-isptar eżistenti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż jeħtieġ investimenti innovattivi u semma’ diversi wiegħdi li għamel il-gvern marbuta mat-tliet sptarijiet,mas-€700 miljun fit-toroq fejn mhuwiex spjegat jekk intefqux kollha u s-€700 suppost minfuqa fi Project Green li wkoll m’hemmx il-kalkoli meħtieġa dwar kif intefqu dawn il-miljuni. Hu qal li kieku kull siġra tiswa’ €100, suppost li hawn seba’ miljun siġra iżda minflok inżergħu xi 160,000 siġra. Allura fejn marru s-€700 miljun fi Project Green?
Adrian Delia kompla li suppost li l-Maltin qed jakkwistaw djar ikbar meta l-pajjiż jingħad li sejjer daqshekk tajjeb iżda fil-fatt is-sitwazzjoni saret iktar diffiċli għaż-żgħażagħ Maltin. Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-investimenti l-oħra li suppost saru ta’ poplu li qed jistgħana iżda dawn ma jidhru imkien u qal li dan juri li l-budget ma kinx l-aqwa wieħed għaliex il-poplu mhuwiex iħħorss l-effett tiegħu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-individwi u staqsa kemm id-deputati tal-gvern qed jiltaqgħu ma’ nies li jgħidulhom li l-ħajja tjiebet. Dwar il-kumpaniji, Adrian Delia qal li l-gvern qed jgħid li ħoloq sinjuri żgħar u sostna li lanqas dawn m’huma qed ikunu effettwati pożittivament għaliex iridu l-opportunitajiet f’Malta jkunu ġusti u x-xogħol ma jibqax jittieħed biss mill-istess kumpaniji.
Adrian Delia kkritika l-marda tad-direct orders li suppost huma regolati bir-regolament u qal li dawn ir-regoli qed jiġu abbużati u implimentati ħażin b’effetti kbar ħafna. Hu semma’ l-iskandlu tad-djar u qal li l-Prim Ministru baqa’ jiddefendih biex issa l-ex ministru qed jgħid li m’għamel xejn ħażin bil-possibbilta li dan jingħata konsulenza jew jerġa’ jiddaħħal lura. Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru jibqa’ jiddefndi l-ħażin.
//= $special ?>

