Mietu talanqas 20 li kienu qed jivvjaġġaw b’ferry ‘il hinn mill-kosta tal-Filippini lejn in-nofsinar …Dan wara li l-ferry spiċċa jegħreq b’kaġun ta’ konsegwenzi mhumiex magħrufa.
L-MV Trisha Kerstin 3, dak il-ħin, kellu fuqu madwar 350 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ u għalkemm l-iskwadri tas-salvataġġ irnexxielhom itellghu xi 300 mill-baħar, bħalissa għadha għaddejja t-tfittxija intensiva għal diversi nieqsa.
L-opra tal-baħar inkwistjoni kienet qed isservi wkoll bħala ferry għall-ġarr tal-merkanzija….Intant, il-ferry kien beda l-vjaġġ mill-gżira ta’ Mindanao lejn il-gżira ta’ Jolo u meta f’ħin minnhom ħareġ messaġġ ta’ SOS wara li sab ruħu f’diffikultajiet li ma kenux spjegati.
Din mhix l-ewwel darba li seħħ inċident fatali relatat mal-inter-island ferries fil-Filippini u meta bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar x’wassal għall-għarqa tal-MV Trisha Kerstin 3.
//= $special ?>

