Meta tkompla l-Malta Veterans Premier League Floriana telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 10-6.
Kif jindika l-iskor, kienet partita dominata minn gowls fuq kull naħa minkejja li fl-aħħar kienu Floriana li kisbu t-tliet punti b’erba’ gowls minn Bojan Kaljevic filwaqt li Diego Fernando Pereira skorja tliet gowls. Gilbert Scerri skorja darbtejn u gowl ieħor ta’ Dylan Grima għal Floriana.
Għal Birkirkara skorjaw tliet gowls Federico Marine u gowl kull wieħed minn Herbert Spiteri, Jonathan Xerri u Daniel Scerri.
Referee kien Paul Apap.
Hibernians kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun wara li kontra Żurrieq Wolves rebħu 6-3. Dan ir-riżultat poġġa lil Hibernians b’għaxar punti fil-klassifika daqs Gżira United.
Daniel Fodermayer skorja tliet gowls għal Hibernians flimkien ma’ żewġ gowls minn Luke Satariano u gowl ta’ Ilia Nazarov.
Għal Żurrieq skorjaw Kevin Vella, Alex Muscat u Mario Camilleri.
Referee kien Mario Apap.
Sadanittant il-partiti bejn Rabat u Gżira United kif ukoll Malta Football Players Association kontra Luxol ġew posposti minħabba l-maltemp.
//= $special ?>

